It-Tnejn: Niltaqghu mat-tour leader fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fis-7.00pm biex naghmlu c-check in. Nitilqu fid-9.00pm fuq it-titjira tal-Air Malta li twassalna f’Lourdes fil-11.35pm. Sistemazzjoni fil-kmamar u wara hin ghall-mistrieh.


It-Tlieta: Kolazzjon u wara nzuru l-Grotta u niehdu ritratt ta’ tifkira flimkien. Wara niççelebraw il-Quddiesa flimkien u naghmlu l-Via Sagra. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional ghal Gavarnie, villagg helu qalb il-muntanji li jinsab 32 mil ‘l boghod minn Lourdes u 1,360 metru ghola mill-bahar. Qabel ma naslu, nieqfu fuq Pont du Napoleon ghal veduta mill-aqwa. Gavarnie jinsab fir-regjun ta’ Hautes-Pyrenees u jghixu fih madwar 180 persuna biss. Haga li tispikka ferm hi l-kaskada gholja 422 metru li minnha tibda x-xmara Gave li tghaddi minn quddiem il-Grotta ta’ Massabielle. Fil ghaxija cena fil-lukanda u niehdu sehem fil-purcissjoni Aux Flambeaux.


L-Erbgha: Kolazzjon u fid-9.30am niehdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bazilika l-Kbira ta’ taht l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara mmorru naraw DVD dwar il-Messagg ta’ Lourdes. Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional Pont d’Espagne li qieghed ftit ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw hafna kaskati sbieh bl-ilma niezel b’velocità qawwija. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda u hin liberu.


Il-Hamis: Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni optional ta’ jum shih ghal St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. St. Jean de Luz hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inzuru c-centru storiku fejn naraw bini antik b’tahlita bilancjata t’arkitettura Spanjola u Gharbija u nzuru wkoll il-knisja ta’ San Gwann Battista. Hemm ukoll port tas-sajjieda mdawwar b’hafna ristoranti li jispecjalizzaw f’ikel tal-hut. Wara nitilghu fuq l-gholja ta’ Col d’Ibardin li qieghed fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja u minhabba d-differenza ta’ taxxi bejn dawn iz-zewg pajjizi, insibu diversi hwienet li jbighu bi prezzijiet irhas. Hawnhekk ikollna hin liberu biex ingawdu l-veduti spettakolari u anke naghmlu xi shopping. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu.) Filgœaxija niccenaw fil-lukanda u wara çelebrazzjoni tal-quddiesa.


Il-Gimgha: Kolazzjon u niccelebraw il-quddiesa. Wara nzuru l-aktar postijiet interessanti f’Lourdes fosthom il-Mithna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn ghexet matul zmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Gesù (fejn tghammdet). Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni ghall-Grotti ta’ Betherram, meqjusa bhala whud mill-isbah fid-dinja minhabba l-varjetà interessanti ta’ stalegmiti u stalektiti. Fil ghaxija niccenaw fil-lukanda u hin liberu.


Is-Sibt: Kmieni filghodu mmorru fil-banjijiet li qeghdin vicin il-Grotta u hemm naghmlu t-talb taghna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegha li qeghda fil-Grotta, proprju malli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wiehed jinzel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob ghall-intenzjonijiet tieghu. Pranzu fil-lukanda u hin liberu. Fil-5.00pm checkout mill-kmamar u cena. Nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minfejn fl-10.05pm nitilqu b’titjira tal-Air Malta li twassalna lura pajjizna fil-00.35am (sbieh il-Hadd).


Il-hinijiet tat-titjiriet huma suggetti ghal tibdil.



Mhux Inkluz fil-Prezz:

Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kull adult kull lejl li tithallas direttament fil-Lukanda

Donazzjoni lis-Santwarju: €2.50 (kull persuna, kuljum)

* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet


  • Tour Dates:
    (Click For Prices)

    16 Aug 21 - 21 Aug 21  

    30 Aug 21 - 04 Sep 21  

  • Tour Prices
    (16 Aug - 21 Aug) per person

    Adult in Triple €599

    Adult in Double €609

    Adult in Single €709

    Child Sharing 2-5 Years €389

    Child Sharing 6-10 Years €519

    Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
    Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
    Akkomodazzjoni ghal 5 iljieli f’lukanda 3*** Quality Hotel Christina jew simili f’Lourdes
    Kmamar kollha bis-servizzi privati
    5 kolazzjonijiet, 4 pranzi u 5 çeni
    Servizz ta’ tour leader
    Servizz ta’ Direttur Spiritwali
    It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
    Insolvency Fund


    Book Now
  • Other Prices: per person

    Adults

    All Excursions Adult €132

    Betherram Caves €35

    Gavarnie €29

    Pont D Espagne €29

    St. Jean De Luz/Col D Ibardin €20

    St. Jean De Luz/Col D Ibardin €39

    Childen

    All Excursions Child €68

    Betherram Caves €18

    Gavarnie €15

    Pont D Espagne €15