Is-Sibt: Niltaqgħu mat-tour leader fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-4.30pm biex nagħmlu c-check in. Nitilqu fis-6.30pm fuq it-titjira tal-Air Malta li twassalna f’Lourdes fid-9.05pm. Sistemazzjoni fil-kmamar u ħin għall-mistrieħ.


Il-Hadd: Nibdew il-mawra tagħna f’Lourdes bi żjara fil-Grotta ta‘ Massabielle, fejn il-Madonna dehret lil Santa Bernadette Soubirous. Niccelebraw l-Ewkaristija f’waħda mid-diversi kappelli li jinstabu vicin il-Grotta. Ma’ tmiem il-Qiuddiesa, il-grupp jieħu ritratt ta’ tifkira quddiem il-Bażiliki. Inkomplu billi nżuru t-tlett Bażiliki u wara nagħmlu l-mixja tal-Via Sagra fuq l-għolja de l’Espeluges. Pranzu fil-lukanda u wara nofsinhar ikollna eskursjoni optional għal Gavarnie, villaġġ ħelu qalb il-muntanji li jinsab 32 mil ‘l bogħod minn Lourdes u 1,360 metru għola mill-baħar. Qabel ma naslu, nieqfu fuq Pont du Napoleon għal veduta mill-aqwa. Gavarnie jinsab fir-reġjun ta’ Hautes-Pyrenees u jgħixu fih madwar 180 persuna biss. Ħaġa li tispikka ferm hi l-kaskada għolja 422 metru li minnha tibda x-xmara Gave li tgħaddi minn quddiem il-Grotta ta’ Massabielle. Filgħaxija cena fil-lukanda u nieħdu sehem fil-purcissjoni Aux Flambeaux.


It-Tnejn: Kolazzjon u wara jkollna eskursjoni optional ta’ jum sħiħ għal St. Jean de Luz u Col d’Ibardin. St. Jean de Luz hija belt kosmopolitana u medjevali b’influwenza Spanjola. Inżuru c-centru storiku fejn naraw bini antik b’taħlita bilancjata t’arkitettura Spanjola u Għarbija u nżuru wkoll il-knisja ta’ San Ġwann Battista. Hemm ukoll port tas-sajjieda mdawwar b’ħafna ristoranti li jispecjalizzaw f’ikel tal-ħut. Wara nitilgħu fuq l-għolja ta’ Col d’Ibardin li qiegħed fuq il-fruntiera bejn Franza u Spanja u minħabba d-differenza ta’ taxxi bejn dawn iż-żewġ pajjiżi, insibu diversi ħwienet li jbigħu bi prezzijiet irħas.  Hawnhekk ikollna ħin liberu biex ingawdu l-veduti spettakolari w anke nagħmlu xi shopping. (Nota: Illum ma jkollnix pranzu.) Filgħaxija niccenaw fil-lukanda u wara celebrazzjoni tal-quddiesa.


It-Tlieta:  Kolazzjon u niccelebraw il-quddiesa. Wara nżuru l-aktar postijiet interessanti f’Lourdes fosthom il-Mitħna Boly (fejn twieldet), il-Cachot (fejn għexet matul żmien id-Dehriet) u l-Knisja Parrokkjali ddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù (fejn tgħammdet). Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni għall-Grotti ta’ Betherram, meqjusa bħala wħud mill-isbaħ fid-dinja minħabba l-varjetà interessanti ta’ stalegmiti u stalektiti. Filgħaxija niccenaw fil-lukanda u ħin liberu.


L-Erbgha: Kolazzjon u fid-9.30am nieħdu sehem fil-Quddiesa Internazzjonali li ssir fil-Bażilika l-Kbira ta’ taħt l-art iddedikata lil San Piju X. Esperjenza unika u xeni mpressjonanti ta’ devozzjoni. Wara mmorru naraw DVD dwar il-Messaġġ ta’ Lourdes. Pranzu fil-lukanda u wara jkollna eskursjoni optional Pont d’Espagne li qiegħed ftit ‘il-barra mill-belt ta’ Cauterets u jifforma parti mill-Park Nazzjonali tal-Pyrenees. Naraw ħafna kaskati sbieħ bl-ilma nieżel b’velocità qawwija. Filgħaxija niccenaw fil-lukanda.


L-Hamis: Kmieni filgħodu mmorru fil-banjijiet li qegħdin vicin il-Grotta u hemm nagħmlu t-talb tagħna. L-ilma tal-banjijiet jitwassal minn nixxiegħa li qegħda fil-Grotta, proprju ħalli titwettaq l-istedina tal-Madonna biex wieħed jinżel fl-ilma, jirrikoncilja u jitlob għall-intenzjonijiet tiegħu. Pranzu fil-lukanda u ħin liberu. Fil-5.00pm checkout mill-kmamar u cena. Nitilqu lejn l-ajruport ta’ Lourdes minfejn fis-02.15am nitilqu b’titjira tal-Air Malta li twassalna lura pajjiżna fil-04.40am (sbiħ il-Ġimgħa).


Il-ħinijiet tat-titjiriet huma suġġetti għal tibdil.


Mhux Inkluz fil-Prezz:
Is-City Tax ta’ Lourdes ta’ €1.50 kull adult kull lejl li tithallas direttament fil-Lukanda
Donazzjoni lis-Santwarju: €2.50 (kull persuna, kuljum)
* Jista’ jkun hemm tibdil f’dawn il-prezzijiet




  • Tour Dates:
    (Click For Prices)

    21 Aug 21 - 26 Aug 21  

    04 Sep 21 - 09 Sep 21  

  • Tour Prices
    (21 Aug - 26 Aug) per person

    Adult in Triple €599

    Adult in Double €609

    Adult in Single €709

    Child Sharing 2-5 Years €389

    Child Sharing 6-10 Years €519

    Titjiriet diretti mal-Airmalta: Malta/Lourdes/Malta
    Trasferimenti: ajruport/lukanda/ajruport
    Akkomodazzjoni għal 5 iljieli f’lukanda 3***  Quality Hotel Christina jew simili f’Lourdes
    Kmamar kollha bis-servizzi privati
    5 kolazzjonijiet, 4 pranzi u 5 ceni
    Servizz ta’ tour leader
    Servizz ta’ Direttur Spiritwali
    It-taxxi tal-ajruporti u s-service charge
    Insolvency Fund


    Book Now
  • Other Prices: per person

    Adults

    All Excursions Adult €132

    Betherram Caves €35

    Gavarnie €29

    Pont D Espagne €29

    St. Jean De Luz/Col D Ibardin €20

    St. Jean De Luz/Col D Ibardin €39

    Childen

    All Excursions Child €68

    Betherram Caves €18

    Gavarnie €15

    Pont D Espagne €15